Sunday, May 19, 2024

RITRATTI: Borra “eċċezzjonali” fi Spanja … Uħud maħsudin oħrajn jaħtfu l-opportunità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-maltempata Filomena ksiet diversi żoni fi Spanja bi bjuda kkawżata minn ammont kbir ta’ borra li għamel fl-aħħar sigħat. Tant hu hekk li aktar minn nofs il-pajjiż qed ibassar aktar maltemp fis-sigħat li ġejjin.

Madrid hija l-aktar żona milquta fejn hu stmat li fl-24 siegħa li ġejjin se tara fit-toroq tagħha madwar 20 ċentimetru ta’ borra. L-ajruport tal-Kapitali Spanjola kellu jingħalaq u miegħu ngħalqu wkoll numru ta’ toroq.mIl-Ġimgħa, numru ta’ vetturi spiċċaw abbandunati għal għonq it-triq fl-istess żona.

Fil-post issejħet l-assistenza tal-pumpiera u l-Forizi militari li għenu lis-sewwieqa biex imexxu l-karozzi tagħhom. Intant l-awtoritajiet qed iwissu lill-pubbliku biex jevita vjaġġar bla bżonn.

Skont il-midja Spanjola, il-Belt Kapitali Spanjola ilha ma tara dan l-ammont ta’ borra għal mill-anqas 40 sena, deskritta mill-aġenzija tat-tbassir tat-temp AEMET bħala storika.

Ma jistax jonqos li qalb din il-konfużjoni u persuni inkwetati, bosta oħrajn dehru jgawdu dan it-temp li serva għalihom bħala atrazzjoni mhux tas-soltu. Il-kesħa mistennija tkompli wara tmiem il-ġimgħa, bit-temperaturi f’Madrid mistennija jinżlu sa -12C il-Ħamis li ġej.

Sport