Monday, May 13, 2024

RITRATTI: Illum tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fi tmien lokalitajiet

Aqra wkoll

Fi tmien lokalitajiet differenti illum se tiġi ċċelebrata l-festa titulari tagħhom tat-Tlugħ is-Sema ta’ Marija Ssma, jew kif nafuha aħna, Santa Marija. 

Din il-festa se tkun iċċelebrata f’seba’ parroċċi f’Malta li huma Birkirkara, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard, il-Gudja, il-Mosta, il-Qrendi u l-Imqabba – u oħra f’Għawdex – fir-Rabat.

Il-festa ta’ Santa Marija ċċelebrata fir-Rabat Għawdex / Ritratt: Joe Grech

Il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Awwissu, il-festa ta’ Santa Marija se tkun iċċelebrata wkoll fil-lokalitajiet ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr waqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fiż-Żebbuġ.

Sport