L-eks attakkant Brażiljan Rivaldo akkwista uffiċjalment 10 fil-mija tal-ishma tat-tim mir-Rumanija Farul Constanta. Il-fenomenu Brażiljan, kif inhu msejjaħ, ingħaqad ma’ leġġendi oħra Gheorghe Hagi u Ciprian Marica sabiex jieħdu r-riedni tal-klabb.
Rivaldo, li llum il-ġurnata għandu 51 sena, sostna kemm kien ilu jsegwi l-futbol Rumen u wara diskussjoni ma’ xi diriġenti tal-klabb iddeċieda li jidħol għal din l-avventura l-ġdida.
Fil-passat, Rivaldo lagħab ma’ Barcellona, AC Milan u Sao Paulo fost l-oħrajn.