Tuesday, May 14, 2024

Riżultati Pożittivi mill-MFSA fil-Ġlieda kontra l-Ħasil ​​tal-Flus

Aqra wkoll

L-integrazzjoni tal-miżuri kontra l-ħasil tal-flus u ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu (AML/CFT) fil-prijoritajiet superviżorji tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) tat riżultati pożittivi. 

Dan stqarru Matthew Scicluna, Deputat Kap tal-Financial Crime Compliance fi ħdan l-MFSA .

Is-Sur Scicluna kien qed jindirizza webinar organizzat mill-Financial Supervisors Academy tal-MFSA u l-Federal Reserve tal-Istati Uniti dwar it-tema tal-AML/CFT, li ġab flimkien rappreżentanti minn tliet Federal Reserve Banks differenti fl-Istati Uniti u l-MFSA.

Il-konferenza, li kienet miftuħa mill-Uffiċjal Ewlieni tas-Superviżjoni, Dr Christopher P. Buttigieg, serviet ukoll ta’ opportunità għal rappreżentanti minn istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali kif ukoll Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti biex jiġu infurmati dwar diversi aspetti tat-twettiq ta’ eżaminazzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti waqt u wara l-pandemija, partikularment żoni ta’ riskju għoli, azzjonijiet ta’ infurzar u n-navigazzjoni ta’ reġim ta’ sanzjonijiet li dejjem qed jiżdied.

Is-Sur Scicluna u l-Analista tal-FCC Eric Micallef spjegaw li l-istrateġija tal-MFSA dwar l-AML/CFT kienet ġiet aġġornata fl-2021, li tirrifletti r-rwol tagħha bħala l-“portal għan-negozju kollu tas-servizzi finanzjarji”. Bħala riżultat, AML/CFT ġiet integrata aktar bis-sħiħ fl-operazzjonijiet tal-Awtorità, mhux biss fil-punt fejn entità tkun awtorizzata iżda wkoll fuq bażi kontinwa permezz tas-superviżjoni tagħha biex jiġi żgurat li l-mudelli tan-negozju u l-kontrolli deskritti fl-istadji inizjali jkunu qed jaħdmu fuq bażi prattika.

Sport