Sunday, November 24, 2024

Robert Brincau maħtur Aġent Kap Eżekuttiv tal-ħabs

Aqra wkoll

Is-Sur Robert Brincau se jkun qed jassumi l-irwol ta’ Aġent Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. 

Is-Sur Brincau jmexxi s-servizzi ta’ detenzjoni, u fix-xhur li ilu fl-irwol beda jimplimenta numru ta’ bidliet importanti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-welfare u s-sigurtà.

Tul il-karriera tiegħu s-Sur Brincau kiseb esperjenza maniġerjali u serva għal snin twal fis-soċjetà internazzjonali tas-Salib l-Aħmar fejn bħala direttur responsabbli mill-operat tas-soċjetà mexxa numru ta’ operazzjonjiet ta’ emerġenza umanitarja anke barra l-pajjiż.

Il-ħatra saret mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri wara li iktar kmieni llum s-Sur Alex Dalli ssospenda lilu nnifsu minn Kap Eżekuttiv tal-istess aġenzija.

Sport