Wednesday, April 24, 2024

Robert Lewandowski ppreżentat minn Barcelona b’mod uffiċjali

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk, Robert Lewandowski, ġie ppreżentat b’mod uffiċjali minn Barcelona wara li ftit tal-jiem ilu ngħaqad magħhom mingħand Bayern Munich.

Huwa ġie ppreżentat quddiem eluf ta’ partitarji hekk kif allegra lil dawk preżenti billi qagħad jilgħab bil-ballun.

Fil-pre-season huwa lagħab bin-numru 12 iżda huwa ngħata dak 9 mingħand Memphis Depay. Il-president, Joan Laporta, qal li din il-bidla saret fuq insistenza tal-club u mhux bi qbil bejn iż-żewġ players. Din id-deċiżjoni ttieħdet għall-immaġini u l-pubbliċitá tal-club fejn Depay fehem is-sitwazzjoni b’rispett kbir.

Minbarra lil Lewandowski, il-Katalani akkwistaw lil Franck Kessie (Milan), Raphinha (Leeds Utd), Jules Kounde (Sevilla) u Anderson Christensen (Chelsea).

Sport