Tuesday, April 23, 2024

Identifikat il-vittma tal-hit and run fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Il-vittma tal-hit and run fiż-Żejtun ġie identifikat bħala Antoine Degabriele ta’ 51 sena miż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:45 a.m fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun.

Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel kien intlaqat u tħalla mejjet fil-ġenb tal-istess triq. Il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha minn fuq il-post fejn aktar tard instabu partijiet tal-karozza involuta fl-inċident.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li minn dawn il-partijiet, huwa probabbli li l-karozza involuta hija ta’ lewn griż. Huwa żied jappella lil min seta’ kien responsabbli biex irodd ruħu b’idejh lill-Pulizija. Spjega wkoll dwar il-ħidma biex jiġu elevati filmati minn CCTVs li hemm fl-akwati u li għalkemm min kien seta’ inħakem minn mument ta’ paniku, jkun aħjar għal dak li jkun li javviċina lill-Pulizija minn jeddu, anke minħabba li l-investigazzjonijiet huma mistennija jwasslu xorta waħda għas-sewwieq jew sewwieqa inkwistjoni.

Sport