Wednesday, July 24, 2024

Robert Lewandowski se jibqa’ ma’ Barcelona

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Pollakk Robert Lewandowski mistenni jibqa’ ma’ Barcelona anke matul l-istaġun li ġej. Dan qalu l-istess plejer ta’ 35 sena li fisser kemm jinsab għal qalbu fil-Katalunja minkejja l-istaġun li kien ikkaraterizzat minn tlugħ u nżul.

Lewandowski issemma’ li jista’ jmur fl-Arabja Sawdija iżda hu sostna li ma jridx ibiddel klabb għallinqas għalissa.

Lewandowski ingħaqad ma’ Barcelona fl-2022 u minn 62 partita milgħuba, hu skorja 36 gowl.

Ekonomija

Sport