Monday, April 29, 2024

Roderick Cassar jitlob lil Qorti sabiex il-kawża li jinsab mixli biha tiġi sospiża

Aqra wkoll

Roderick Cassar, li bħalissa jinsab mixli bil-qtil ta’ martu Bernice Cassar għamel talba lil Qorti sabiex il-proċeduri jiġu sospiżi sakem il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar it-talba tiegħu biex ma jiġix akkużat b’femiċidju.

Huwa jiinsab mixli li qatel lil martu b’arma tan-nar, lura għat-22 ta’ Novembru ta’ sentejn ilu. Fil-Qorti, Cassar wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Fost l-akkużi kontrih hemm dik tal-femiċidju. Madankollu l-avukati ta’ Cassar, qed joġġezzjonaw għal din l-akkuża u qed jitolbu li titwaqqa’ għax qed isostnu li ma jistax iqajjem l-argument tal-‘crime of passion’

Id-Difiża mmexxija mill-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi u Jacob Magri ppreżentaw rikors fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, fejn għamlu talba sabiex ikun hemm deċiżjoni kostituzzjonali dwar it-talba tagħhom is-smigħ tal-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud jiġi sospiż.

L-Avukati Marita Pace Dimech, Ann Marie Cutajar u Rodianne Sciberras qegħdin jidhru għall-familja tal-vittma

Sport