Roger Federer ġie introdott fil-International Tennis Hall of Fame, unur li ddeskrivieh bħala wieħed mill-akbar unuri ta’ ħajtu.
L-Isvizzeru, li rtira fl-2022, ma setax iżomm id-dmugħ waqt iċ-ċerimonja f’Newport, Rhode Island, fejn tkellem dwar il-karriera straordinarja tiegħu quddiem diversi leġġendi tat-tennis.
Federer rebaħ 20 titlu tal-Grand Slam, fosthom rekord ta’ tmien titli ta’ Wimbledon, sitt Australian Opens, ħames US Opens u French Open wieħed.
Huwa rebaħ l-ewwel Grand Slam tiegħu f’Wimbledon fl-2003 u kien in-numru wieħed fid-dinja għal 310 ġimgħat.
B’20 titlu, huwa jinsab wara Rafael Nadal, bi 22, u Novak Djokovic, b’24, fil-lista tal-aktar players irġiel li rebħu Grand Slams.
Matul il-karriera tiegħu, Federer rebaħ ukoll midalja tad-deheb Olimpika fid-doubles




