Monday, August 31, 2026
Home Sport Novak Djokovic eliminat mill-US Open fl-ewwel round

Novak Djokovic eliminat mill-US Open fl-ewwel round

0
50

Novak Djokovic spiċċa eliminat mill-US Open fl-ewwel round wara telfa drammatika kontra l-Arġentin Mariano Navone, f’logħba li tat aktar evidenza li l-età qed tibda tħalli l-effett tagħha fuq il-player veteran Serb ta’ 39 sena.

Djokovic, champion ta’ 24 titlu tal-Grand Slam u r-raba’ seed fi New York, tħabat fiżikament matul il-logħba kollha. 

F’mument minnhom kellu saħansitra jirremetti ġo kontenitur wara li ma ħassux tajjeb. Minkejja dawn id-diffikultajiet, huwa wera l-ġlieda li dejjem kienet karatteristika tiegħu, iżda fl-aħħar Navone ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 7-6, 5-7, 4-6, 6-2, 6-1.

Din kienet l-ewwel darba li Djokovic tilef fl-ewwel round tal-US Open u l-ewwel darba minn 2006 li ġie eliminat fl-ewwel rawnd ta’ tournament tal-Grand Slam.

Wara l-logħba, Djokovic wera sportività kbira u feraħ lil Navone, ta’ 25 sena, li kiseb waħda mill-akbar rebħiet tal-karriera tiegħu. Madankollu, is-Serb deher emozzjonat ħafna u ma setax iżomm id-dmugħ hekk kif telaq lejn id-dressing room.

It-telfa temmet it-tentattiv tiegħu li jirbaħ rekord ta’ 25 titlu tal-Grand Slam u kompliet tnaqqas iċ-ċansijiet tiegħu li jgħaddi lil Margaret Court, li għandha 24 titlu maġġuri.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here