Il-kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż Ronald Koeman ħalla barra lil Memphis Depay għall-partiti mill-UEFA Nations League kontra l-Ungerija u l-Ġermanja.
Meta kien qed jitkellem f’konferenza stampa, Koeman iġġustifika l-għażla tiegħu meta sostna li l-plejer eks-Atletico Madrid għadu qed jibda avventura ġdida fil-Brażil u ma jinsabx fil-kundizzjoni fiżika ideali u kien għalhekk li għażel li jħallih barra. Hu temm jgħid li min jintgħażel mat-tim nazzjonali Olandiż irid ikun fiżikament tajjeb mhux għax jismu Memphys Depay.