Tuesday, May 14, 2024

Rugby: Zewġ rebħiet għat-tim Malti tal-irgiel … telfa għat-tim tan-nisa

Aqra wkoll

It-team tal-irġiel tar-rugby l-ewwel affronta lil Monaco fejn ħareġ rebbieħ bl-iskor kbir ta’ 24-7.

F’din il-partita ġew registrati tries minn Chris Dudman, darbtejn, Brendan Dalton u Zarrin Galea li ssiġilalw rebha impressjonati

Il-Maltin kellhom tliet players li ġew murija l-karta s-safra matul il-partita, tnejn minnhom fi spazju ta’ ħames minuti, fejn ħallew lit-team bi player inqas. Iżda xorta waħda, żammew sodi biex irreġistraw rebħa vitali.

Fit-tieni logħba, Malta umiljat lil San Marino meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 33-0, biex assiguraw midalja tal-fidda.

Intant, wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-team tan-nisa hekk kif safa megħlub minn Andorra bl-iskor ta’ 29-12.

Basketball: It-team tan-nisa megħlub mil-Lussemburgu

It-team nazzjonali tan-nisa tal-basketball safa megħlub mil-Lussemburgu bl-iskor ta’ u 75-69, u b’hekk se jkun qed jikkompeti għall-midalja tal-bronż għada fl-10am.

Sport