Monday, July 13, 2026
Home Sport Sadio Mane ried salarju ta’ £390,000 fil-ġimgħa

Sadio Mane ried salarju ta’ £390,000 fil-ġimgħa

0
783

L-attakkant internazzjonali Senegaliż, Sadio Mane, mistenni jħalli lil Liverpool fis-sajf li ġej. Dan minkejja li fuq Twitter kien sostna li se jibqa’ mal-club minħabba r-rispett lejn il-partitarji.

Peró huwa kien lest li jibqa’ jilgħab f’Anfield li kieku ngħata s-salarju li kien qed jitlob … dak ta’ £390,000 fil-ġimgħa. Iżda l-ġerarkija tal-club ma tridx tkisser l-istruttura tal-pagi u għalaqstant ċaħdet it-talba tiegħu.

Għaldaqstant, dan il-player ta’ 30 sena mistenni  jmur jilgħab fil-Ġermanja.