Monday, July 27, 2026
Home Barranin Salvini jħeġġeġ lil dawk eleġibbli biex joħorġu u jivvutaw lil Trump

Salvini jħeġġeġ lil dawk eleġibbli biex joħorġu u jivvutaw lil Trump

0
678

Il-politiku Taljan Matteo Salvini fl-aħħar ħin ħeġġeġ lil dawk kollha eleġibbli fl-elezzjoni presidenzjali tal-Amerika biex jagħżlu lil Donald Trump.

Fi Tweet li għamel aktar kmieni Salvini kiteb “Oħorġu u vvutaw lil Trump”. Fl-istess ritratt huwa deher liebes beritta bil-kliem “nagħmlu l-Amerika b’saħħita mill-ġdid”.

Fl-aħħar xhur il-Politiku Taljan ħoloq diversi kontroversji b’rabta mas-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fl-Italja. Huwa kien saħansitra ħadha kontra l-Prim Ministru Taljan meta żamm mal-kelma tiegħu fejn sostna li l-ebda immigrant ma kellu jitħalla jidħol fil-pajjiż.