Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Major tant prestiġjuż tal-Greċja. Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali.
Samuel Bartolo ta’ Valletta Subbuteo Clun kien ir-rebbieħ tal-kategorija Open, fejn fil-finali rebaħ lin-numru wieħed tad-dinja Carlos Flores bl-iskor 2-1. Bartolo lagħab is-semi-finali kontra plejer ieħor ta’ Valletta SC Christophe Dheur u rebaħ 5-2. Samuel Bartolo dan l-istaġun kien ir-rebbieħ ukoll tal-kampjonat Malti. Mark Gauci ukoll wasal sas-semi-finali.
Il-Ħadd kien imiss il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Valletta Subbuteo club kien kompost minn Samuel Bartolo (kaptan), Derek Conti, Mark Gauci, Christophe Dheur, Angelo Borg u Joseph Mifsud.
Valletta SC, kellu tournament tajjeb ferm u waslu biex rebħu dan it-tournament ferm popolari. Fil-finali għelbu lit-tim Grieg, Falcons Athens TSC bl-iskor ta’ 2-1.