Wednesday, April 24, 2024

Samuel Bartolo u Valletta Subbuteo club rebbieħa fil-Major tal-Greċja 2023

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Major tant prestiġjuż tal-Greċja.  Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali. 

Samuel Bartolo ta’ Valletta Subbuteo Clun kien ir-rebbieħ tal-kategorija Open, fejn fil-finali rebaħ lin-numru wieħed tad-dinja Carlos Flores bl-iskor 2-1. Bartolo lagħab is-semi-finali kontra plejer ieħor ta’ Valletta SC Christophe Dheur u rebaħ 5-2.  Samuel Bartolo dan l-istaġun kien ir-rebbieħ ukoll tal-kampjonat Malti.  Mark Gauci ukoll wasal sas-semi-finali.

Il-Ħadd kien imiss il-kompetizzjonijiet tat-timijiet.  Valletta Subbuteo club kien kompost minn Samuel Bartolo (kaptan), Derek Conti, Mark Gauci, Christophe Dheur, Angelo Borg u Joseph Mifsud. 

Valletta SC, kellu tournament tajjeb ferm u waslu biex rebħu dan it-tournament ferm popolari. Fil-finali għelbu lit-tim Grieg, Falcons Athens TSC bl-iskor ta’ 2-1.

Sport