Monday, April 29, 2024

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tilqa’ l-AIPS Young Reporter Programme f’Malta

Aqra wkoll

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jilqa’ lit-tnax-il żagħżugħ/a li se jieħdu sehem fl-AIPS Young Reporters Programme, li qed isir bħalissa f’Malta fl-okkażjoni tal-UEFA Under-19 Championships Malta 2023. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura lill-parteċipanti kull suċċess f’dan il-kors kif ukoll btala pjaċevoli fuq gżiritna.

L-AIPS Young Reporters Programme, bla dubju huwa opportunità kbira għal dawk il-ġurnalisti żgħażagħ li jkunu jixtiequ gradwalment isiru parti fl-industrija tal-ġurnaliżmu sportiv. L-Għaqda Ġurnalisti Sports hija rrappreżentata fl-AIPS Young Reporters Programme miż-żagħżugħ Ryan Cauchi, li t-tir tiegħu huwa li jsir ġurnalist sportiv u li huwa wieħed mill-parteċipanti f’dan il-programm.

Il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-AIPS Young Reporters Programme Malta 2023 se ssir is-Sibt, 15 ta’ Lulju, fejn ser jippreżentaw il-President tal-AIPS, is-Sur Gianni Merlo u l-President tal-AIPS Europe, is-Sur Charles Camezuli, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, is-Sinjura Lorraine Cunningham. Tal-aħħar ser tkun qed tippreżenta ċ-ċertifikati lill-kandidati li jkunu temmew il-programm b’suċċess.

L-AIPS Young Reporters Programme Malta 2023 qed jkun immexxi mis-Sur Riccardo Romani u mis-Sur Martin Mazur.

Sport