Wednesday, July 17, 2024

Sandro Tonali lura ma’ Newcastle wara l-każ ta’ imħatri llegali

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Sandro Tonali reġa’ mar f’St James Park sabiex jitħarreġ ma’ sħabu ta’ Newcastle, ftit jiem wara li kellu jħalli lit-tim nazzjonali Taljan minħabba li ġie akkużat li lagħab il-flus f’imħatri llegali tal-partiti tal-futbol.

F’dan ir-rigward tkellem l-eks kollega tiegħu ma’ AC Milan Zlatan Ibrahimovic li qal li qatt ma ra xejn ħażin f’Tonali. Minkejja kollox, hu appellalu biex jekk hu għandu l-vizzju tal-logħob, li jfittex l-għajnuna għax jaf jiddispjaċih iktar ‘il quddiem.

Ekonomija

Sport