Wednesday, July 24, 2024

Paris SG jippruvaw jiftiehmu ma’ Kylian Mbappe

Aqra wkoll

Paris St Germain għadhom ma qatgħux qalbhom li jġeddu l-kuntratt tal-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe. Dan tal-aħħar qed jissemma’ li jista’ jitlaq lill-Pariġini fejn għalih hemm diversi timijiet mill-Arabja Sawdija u anke Real Madrid.

Is-sidien ta’ PSG se jkunu qed jiltaqgħu mal-aġent tal-plejer sabiex possibbilment ituh l-aħħar proposta u jaraw jistgħux jirranġaw ma’ dan il-plejer.

Mbappe kien ingħaqad ma’ PSG fis-sena 2018 fejn b’kollox lagħab 156 partita u skorja 142 gowl.

Ekonomija

Sport