Monday, December 2, 2024

Se jinstema’ fil-magħluq il-każ tas-Surġenta mixlija li żvelat informazzjoni dwar rejds għad-droga

Aqra wkoll

Il-każ tas-Surġenta Cherise Camilleri, ta’ 28 sena li inżammett arrestata wara li ġiet mixlija li żvelat informazzjoni b’rabta anke ma’ rejds li kellhom isiru lill-persuni dwar diversi investigazzjonijiet se jinstema’ fil-magħluq.

Kienet propju l-Maġistrat Gabriella Vella li qalet dan fil-Qorti, hekk kif it-Tnejn filgħodu bdiet il-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront tal-eks Surġenta. Il-Maġistrat Vella żgumbrat l-awla għal midja u qalet li dan minħabba n-natura tal-akkużi u ismijiet li x’aktarx xhieda se jiżvelaw matul is-smigħ tal-kawża.

Camilleri tinsab mixlija b’kompliċità fi traffikar tad-droga, li wettqet atti ta’ ħasil ta’ flus kif ukoll li għaddiet informazzjoni li kellha fl-iskwadra ta’ kontra d-droga lil Ruud Buhagiar inkluż persuni marbuta mal-kriminalità.

Meta tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Christina Delia u Lydon Zammit spjegat li mill-mowbajl tagħha rriżulta li bdiet tgħaddi informazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fosthom dwar l-operat tal-iskwadra kif ukoll dwar operazzjonijiet u rejds li jkunu se jsiru.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Christina Delia u Lydon Zammit flimkien mal-Avukati Maria Francesca Spiteri u Kevin Valletta f’isem l-Avukat Ġenerali. Camilleri qed tidher assistita mill-Avukati Arthur Azzopardi u Frank Tabone.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport