Sunday, December 22, 2024

Se jiżdiedu l-benefiċċji mmirati għall-familji fis-sena 2024

Aqra wkoll

Minn din is-sena, l-Allowance tat-Tfal ser tiżdied b’€250 kull wild. Din hija l-akbar żieda li qatt ingħatat fil-ħamsin sena li ilu jeżisti dan il-benefiċċju u ser tolqot aktar minn 41,000 familja bi 62,000 tifel u tifla. Minbarra hekk se jkun hemm ukoll żieda oħra fil-Bonus għat-Twelid u Adozzjoni. 

Fl-2020 ġie introdott Bonus ġdid li jgħin lil familji b’wild ġdid jew

adozzjoni. Għat-tieni darba dan il-bonus se jiżdied u għalhekk minn €400 għal kull wild minn din is-sena,  se jitla’ għal €500 għall-ewwel wild u minn €400 għal €1,000 għat-tieni wild ġdid jew aktar fil-familja. Huwa stmat li se jkun hemm madwar 3,200 familja li se jgawdu minn dan it-titjib. 

Għal dawk li jkomplu l-edukazzjoni wara l-età obbligatorja, dawn se jieħdu allowance speċjali, li se tkun tammonta għal €500 fis-sena għal tliet snin, sakemm it-tfal jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u

jkunu studenti full-time.

Din is-sena, se tkun qed titwessa l-eliġibilità għal krediti tat-trobbija. Sal-lum ġenituri li jkunu bdew jaħdmu u li jinterrompu l-karriera biex jibnu familja jibbenefikaw minn kreditifil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal kull wieħed mill-ewwel tlett itfal li jkunu rabbew. Intant minn din is-sena, dan il-benefiċċju ser jitwessa’ sabiex ġenituri li l-ewwel bnew familja u mbagħad daħlu fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn il-krediti tat-trobbija.

Ekonomija

Sport