Wednesday, April 24, 2024

“Se nibqgħu nisimgħu lil kulħadd… għalhekk aħna Gvern viċin in-nies” – il-PM

Aqra wkoll

“Lin-nies smajnihom u se nibqgħu nisimgħu lil kulħadd dwar il-marina ta’ Marsaskala, lil kull resident.”

Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela meta dalgħodu kien mistoqsi dwar il-proġett propost tal-marina ġewwa Wied il-Għajn.

Huwa rrefera dwar dak li ħabbar ilbieraħ li l-art taż-Żonqor, li kienet mistennija għal żvilupp mill-Università Amerikana ta’ Malta, se tkun qed tingħata lura lin-nies. Qal li anke issa f’dan il-każ se jkunu mmexxija bl-istess prinċipju – dak li jibqgħu jisimgħu lin-nies.

“Għalhekk aħna Gvern viċin in-nies, Gvern li nisimgħu u kien dak il-prinċipju ewlieni li wassalna wkoll biex illiberajna art ġewwa Bormla li kienet se ssir dormitorju u tajniha lura lill-komunità tal-Kottonera.”

Mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li dak li qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne huwa preċiżament dak li qal hu numru ta’ xhur ilu illi kwalunkwe żvilupp relatat mal-marina ta’ Marsaskala jrid ikun jirrispetta diversi prinċipji. 

Fil-kummenti tiegħu, Dr Abela qal: “L-ewwel nett dik il-pjanta l-ħamra li kienet annessa mal-PQQ, żgur mhux se jsir proġett illi  jkun jirrifletti dik il-pjanta. Kwalunkwe proġett mhux se jkun qed jikkonfigura ma’ dik il-pjanta. It-tieni prinċipju huwa li ż-żoni tal-għawm se jibqgħu mhux mittiefsa. It-tielet prinċipju huwa li ż-żoni ta’ fejn jitla n-nar u żoni oħra li bħalissa qed jintużaw mill-komunità, dawk mhux se jintmissu lanqas. Ir-raba’ prinċipju huwa dawk li għandhom il-bagi reġistrati ġewwa l-bajja ta’ Marsaskala.  Hemmhekk ukoll se naraw li kwalunkwe proġett illi jista’ jsir hemmhekk, irid jirrispetta d-drittijiet li huma eżistenti.”

Sport