Wednesday, July 24, 2024

“Se nkompli ngħin bla waqfien għax naf li hemm bżonn”

Josette Frendo mill-FONDAZZJONI Smiling with Jerome .

Aqra wkoll

“Din l NGO twaqqfet minghajr ħadd ma ġegħlna. Din l-NGO twaqqfet mhux għalina jew biex igawdi t-tifel tagħna stess minnha imma għal nies li ma nafuhomx biex ngħinuhom. Din twaqqfet wara l-mewt tat-tifel tagħna Jerome Frendo għax ħassejna li rridu ngħinu”.

Dan iddikjaratu Josette Frendo f’isem il-FONDAZZJONI Smiling with Jerome, f’messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarkat li bħalissa qed issib familji li tkun għenithom imma sfortunatament ikunu kitbu kontriha.

Kompliet tispjega li fil-ħajja ta’ kuljum ssib familji li minflok juru apprezzament ta’ kemm għenithom jispiċċaw jigdbu kontrik. Qalet ukoll li bħalissa tibda taħseb u tggħid x’għamlt b’idejja

Joesette irrrimarkat; “IVA bħalissa ninsab iddispjaċuta ħafna minn ċertu persuni li ma tkunx qed tistennieha minnhom. IVA jiena wkoll fraġli għax umana. IVA bikkejtuni għax ġid biss ppruvajt intikom għax nifhem il- bżonnijiet tagħkom u għentkom kif stajt.

Temmet tgħid li Alla, l Madonna u Jerome qeghdin hemm biex jgħinuha tegħleb dawn l ostakli kollha.

Ekonomija

Sport