Wednesday, July 24, 2024

Pep Lijnders mhux se jkun il-kowċ ta’ Ajax

Aqra wkoll

Minkejja li kien qed jissemma’ għal dawn l-aħħar jiem li jista’ jkun is-suċċessur tal-kowċ John Van’t Schip, id-diriġenti ta’ Ajax Amsterdam ħabbru li Pepijn Lijnders mhux se jkun qed imexxi lil dan it-tim matul l-istaġun li ġej.

L-assistent kowċ preżenti ta’ Liverpool ma’ Jurgen Klopp qed jitqies bħala nieqes mill-esperjenza sabiex imexxi klabb glorjuż bħal Ajax li matul dan l-istaġun kellhom aktar tlajja’ milli inżul.

Sadanittant, l-ogħla awtoritajiet Olandiżi bdew it-tfittxija tagħhom għall-kowċ li jmiss sabiex jerġa’ jpoġġihom fil-glorja li ilhom neqsin minnha għal dawn l-aħħar snin.

Ekonomija

Sport