Wednesday, July 24, 2024

Thomas Tuchel jikkonċedi r-rebħ tal-Bundesliga

Aqra wkoll

Wara t-telfa kerha li Bayern Munich sofrew kontra Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 2-0, il-kowċ Thomas Tuchel għolla l-bandiera l-bajda fejn ammetta li t-tiġrija għat-titlu tal-Bundesliga spiċċat hawn.

L-eks kowċ ta’ Chelsea feraħ lil Bayer Leverkusen li virtwalment rebħu l-kampjonat Ġermaniż wara rebħa ta’ 2-1 kontra Hoffenheim fi tmiem din il-ġimgħa. Issa d-distakk bejn it-tim immexxi minn Xabi Alonso u t-tim mill-Bavarja hu dak ta’ 13-il punt li għal Tuchel huma ħafna.

Diversi partitarji ta’ Bayern Munich litteralment ibbuwjaw lit-tim fl-Allianz Arena huma u ħerġin wara t-telfa kontra t-tim minn Dortmund.

Ekonomija

Sport