Saturday, December 21, 2024

Seba’ akkużati li kkawżaw diżordni waqt il-protesti f’Londra

Aqra wkoll

Sebat irġiel ġew akkużati li kkawżaw diżordni f’Jum l-Armistizju. Dan b’rabta ma’ allegati reati li kienu jinkludi l-inċitament għall-mibegħda razzjali.

Il-Pulizija Metropolitana qalet li ġew arrestati 145 persuna – il-maġġoranza tagħhom kienu kontro-protestanti – filwaqt li ndarbu disa’ uffiċjali matul il-jum tas-Sibt. 

Is-sebat irġiel, li keellhm bejn it-23 u l-75 sena, kienu akkużati wkoll b’reati li jinkludu pussess ta’ armi u drogi kif ukoll li ħebbew għal ħaddiem tal-emerġenza.

Tnejn minn dawn l-irpġiel kienu jgħixu f’Londra, bl-oħrajn jirrisjedu fi bliet oħra madwar ir-Renju Unit fosthom Norfolk, Flintshire, Kent, Manchester u West Lothian.

Il-Prim Ministru Rishi Sunak qal li dawk involuti f’reati jridu jiffaċċjaw il-qawwa kollha tal-liġi, bl-“azzjonijiet ta’ minoranza ta’ nies” jimminaw “dawk li għażlu li jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod paċifiku”.

Żied jgħid li dawk li attakkaw lill-pulizija u anke marru fuq il-monument tal-gwerra Cenotaph kienu ddiżrispettaw l-unur tal-forzi armati tar-Renju Unit.

Matul il-jum tas-Sibt, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Metropolitana Matt Twist qal li l-vjolenza fil-konfront tal-uffiċjali kienet “straordinarja u ta’ tħassib profond”, b’disa’ jisfaw midruba wara li kontro-protestanti ħebbew għall-pulizija.

Ekonomija

Sport