Tuesday, February 4, 2025

Seba’ xhur ħabs wara li kiser erba’ kundizzjonijiet tal-Qorti u sar reċediv

Aqra wkoll

Patrick Ryan Mc Gahern, imwieled fir-Renju Unit ġie kkundattat seba’ xhur ħabs mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo wara li ammetta li kiser erba’ kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti. Hu ammetta wkoll li sar reċediv.

Mc Gahern ammetta li bejn Jannar u Settebru tas-sena l-oħra kien kiser tliet kundizzjonijiet mogħtija lilu mill-Imħallef Neville Camilleri u mill-Maġistrati Gabriella Vella u Rachel Montebello.

Ammetta wkoll li kien kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Maġistrat Nadine Sant Lia f’Mejju tal-2023. Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex il-piena tkun applikabbli, kif ukoll tirrevoka d-digriet tal-ħelsien mill-arrest u tordna li l-akkużat jerġa’ jiġi akkużat. Talbet ukoll biex is-simom imposti fuqu jgħaddu favur il-Gvern ta’ Malta. Dawn it-talbiet ġew milqugħa kollha mill-Maġistrat Farrugia Frendo.

Wara li l-Qorti semgħet l-ammissjoni tal-akkużat, ikkundannatu seba’ xhur priġunerija effettiva li minnhom għandu jitnaqqas il-perjodu li l-imputat għamel bħala arrest preventiv.

Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska ta’ €500 għal kull kundizzjoni bħala parti mis-somma stabbilità mid-depożitu għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. favur il-Gvern ta’ Malta. B’kollox ġew ikkonfiskati €2,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport