Monday, May 13, 2024

Sema ħamranija u infernali f’Los Angeles hekk kif ħuġġieġa ta’ nar iġġiegħel lir-residenti jħallu darhom

Aqra wkoll

Ilbieraħ u matul il-lejl, is-sema qrib iż-żona ta’ Lake Hughes f’Los Angeles fl-Istati Uniti, is-sema nbidlet f’lewn ħamrani minħabba nar qawwi li ħakem din iż-żona. Din ix-xena, deskritta bħala waħda infernali, ġiegħlet lir-residenti tal-madwar iħollu lil darhom b’ta’ fuqhom senduqhom. 

Jidher, li madwar mitt dar kellha tkun evakwati minħabba l-ħuġġieġa ta’ nar li kienet viżibbli minn 65 mil ‘il bogħod. In-nar irnexxielu jeqred mal-10,000 tomna, bl-uffiċjali tat-tifi tan-nar ikollhom isejħu għal 420 ħaddiem tat-tifi tan-nar bil-għan li jkun ikkontrollat in-nar. 

B’xorti tajba ħadd, sa issa ħadd ma weġġa’ kawża tan-nirien. 

Sport