Sunday, May 5, 2024

Sena ħabs talli seraq l-alkoħol minn club La Grotta f’Għawdex

Aqra wkoll

Miklos Santa, Ungeriż ta’ 40 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li nhar it-Tnejn li għadda tressaq fil-Qorti t’Għawdex li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd seraq għadd ta’ fliexken tax-xorb mill-club La Grotta f’Għawdex.

L-Ungeriż tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana fejn ġie akkużat li bejn 00.45am u s-2.00am tal-Ħadd seraq diversi fliexken tax-xrob mill-club imsemmi. Il-prosekuzzjoni qalet li hu serba’ b’valur ta’ €232.94.

Aktar minn hekk, il-Prosekuzzjoni li kienet imexxija mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri akkużat lil Santa li dakinhar ukoll għamel ħsara li tammonta valur ta’ mhux aktar minn €250 kif ukoll li fl-aħħar ġimgħat għex ħajja ta’ għażż f’Għawdex.

Santa ammetta l-akkużi kollha kontrih u fuq l-ammissjoni tiegħu stess il-Magistrat Sultana kkundannatu sena ħabs.

Sport