Wednesday, March 27, 2024

Sentejn wara l-isplużjoni f’Beirut il-qraba tal-vittmi għadhom qed jitolbu li ssir ġustizzja

Aqra wkoll

Ilbieraħ kien it-tieni anni­versarju mill-isplużjoni kbira li kienet heżżet il-kapitali tal-Libanu Beirut. Sentejn wara dan il-każ, il-qraba tal-vittmi għadhom qegħdin jitolbu li ssir ġustizzja kif ukoll isiru jagħfu l-verità kollha.  Din l-isplużjoni kienet l-ikbar waħda mhux nukleari ta’ kull żmien u fiha kienu tilfu ħajjithom iktar minn 200 persuna filwaqt li għexieren ta’ persuni oħrajn sofrew ġrieħi. L-isplużjoni kienet ikkawża minn ammonti kbar ta’ nitrat tal-ammonju – li huwa fertilizzant – li kien maħżun kif ġie ġie fi mħażin fil-port ta’ Beirut. L-isplużjoni tant kienet qawwija li żoni kbar ta’ din il-belt ġarrbu ħsarat kbar. 

Minkejja dan kollu, l-investigazzjoni dwar dan il-każ tinsab staġnata minħabba allegat interferenza politika u s’issa l-ebda uffiċjal tal-istat għadu ma ħa r-responsabbiltà tat-traġedja. Tatiana Hasrouty – li tilfet lil missierha f’din it-traġedja – allegat li l-politikanti “qegħdin jagħmlu dak kollu possibbli biex iwaqqfu fl-investigazzjoni.”

Ekonomija

Sport