Monday, May 13, 2024

Sentenza sospiża għal mara u tlitt irġiel fuq benefiċċju soċjali

Aqra wkoll

Mara u tliet irġiel ġew ikkundannati sentenza sospiża, wara li nstabu ħatja ta’ akkużi relatati ma’ frodi fil-benefiċċji soċjali. 

Fil-Qorti, Sylvana Bugeja, ta’ 41 sena, ammettiet li ffrodat mal-€18,102 lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Intqal li Bugeja għamlet dan bejn Jannar tal-2020 u Lulju tal-2023 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kkundannatha sentejn ħabs sospiżi għal 40 xahar u ordnatilha tirrifondi l-ammont li ħadet. 

George Schembri ta’ 42 sena ammetta li bejn Jannar 2022 u Mejju 2023 ħa €737 żejda mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali. Huwa kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatlu biex jirrifondi l-flus li ħa fi żmien sitt xhur.

Kenneth Bonavia, ta’ 30 sena, ammetta li bejn Jannar 2019 u Lulju 2023, iffroda lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern €17,329. Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal 40 xahar kif ukoll ordnat l-interdizzjoni ġenerali perpetwa tiegħu.

Kenneth Schembri ta’ 54 senna ammetta li bejn Jannar 2021 u Mejju 2023 ħa benefiċċji soċjali u għalkemm ħallas lura dak li ħa fis-senteza ma jingħadx kemm kien l-ammont. Huwa kien ikkudaat 18-il xahar ħabs sospiżi għal 24 xahar.

Il-Prosekuzzjoni fl-erba’ każijiet tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg, Andy Rotin u Shaun Friggieri.

Sport