Thursday, April 25, 2024

Eric Borg se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-Rabat ta’ Malta għandu jinsab maħsud bit-telfa ta’ wieħed minn uliedu Eric Borg ta’ 27 sena mir-Rabat, il-vittma tal-ewwel omiċidju li seħħ fl-ewwel sigħat tal-bidu ta’ sena ġdida.

Hu se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar fil-Knisja ta’ Ta’ San Pawl fir-Rabat stess fejn se ssir quddiesa fid-9:00 a.m.

Il-familja Borg tixtieq li ma jintbagħtux fjuri, iżda minflok tingħata donazzjoni lil Puttinu Cares. Il-familja talbet ukoll lil dawk kollha li se jattendu għal funeral sabiex jilbsu ilbies casual.

Intant bosta kienu, dawk il-persuni sellmu l-memorja ta’ Eric, fosthom wieħed mill-ikbar ħbieb tiegħu, Andreas Bugeja, li f’messaġġ fuq Facebook qal li jinsab ixxukjat u li xtaq li kull ma seħħ kienet biss ħolma.

Tenna li l-memorji li għandhom flimkien mhu se jintesew qatt.

Sport