Monday, May 13, 2024

Il-vittmi tat-terremot fil-Ġappun jaqbżu s-60

Aqra wkoll

L-għadd ta’ persuni mejta wara t-terremot li laqat il-Ġappun issa qabeż s-60, filwaqt li dawk midruba qabżu t-300 b’madwar 20 minnhom li jinsabu f’qagħda kritika.

It-terremot b’qawwa ta’ 7.6 fuq l-Iskala Richter, laqat lil Ishikawa, il-gżira ewlenija ta’ Honshu u dan wassal għal tsunami għoli ta’ aktar minn metru, bil-konsegwenza li tkissru diversi toroq. 

Noto, il-belt li tinsab fuq il-kosta tal-baħar tal-pajjiż kienet l-iktar waħda li ntlaqtet b’mod gravi. Minħabba f’dan it-terremot, aktar minn 30,000 familja spiċċaw bla saqaf fuq rashom. 

Il-Gvern tal-pajjiż qal li bħalissa hemm madwar 30,000 persuna jistkennu fix-xelters. F’kumment li taw lill-midja internazzjonali, tħabbar li kienu ġġarrfu mal-200 residenza. 

Waqt laqgħa ta’ emerġenza, il-Prim Ministru Fumio Kishida qal li rċieva informazzjoni dwar nies li għandhom bżonn is-salvataġġ u li għad hemm nies li qegħdin jistennew l-għajnuna.

Sport