Sunday, December 22, 2024

Sentenza sospiża wara li ammettew li serqu minn dar f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużati b’serq minn residenza f’Birżebbuġa.

Darren Bonnici ta’ 39 sena li jgħix l-Isla u Clint Gouder ta’ 32 sena li jgħix Bormla kienu akkużati li fl-24 ta’ Lulju għall-ħabta tal-10:30 p.m serqu ammont ta’ ġojjelli u flus kontanti mill-imsemmija residenza.

Il-prosekuzzjoni spjegat li wara r-rapport li daħal lill-Pulizija, saret analiżi minn filmati meħudin minn kameras tas-sigurtà li wasslu biex ġew identifikati l-imputati.

Iż-żewġ akkużati qalu li se jroddu lura dak li serqu, bil-qorti tordna li l-irġiel iridu jagħtu s-somma ta’ €7,000 fi żmien sitt xhur lill-prosekuzzjoni.

Il-Maġistrat ikkunsidrat il-fatt li l-imputati ammettew minnufih l-akkużi miġjuba kontrihom u li kkoperaw mal-qorti. Kien għalhekk li hi kkundannathom għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Ekonomija

Sport