Saturday, December 28, 2024

Sentenza ta’ ħabs għal omm li binha wettaq sparatura tal-massa

Aqra wkoll

F’ġuri li sar fl-istat Amerikan ta’ Michigan, omm ta’ żagħżugh instabet ħatja ta’ qtil involontarju talli naqset li twaqqaf lil binha milli jwettaq sparatura fatali fl-iskola. Dan il-ġuri huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fejn l-omm laqqtet il-piena minflok binha li wettaq id-delitt. 

Il-prosekuturi akkużaw lil Jennifer Crumbley ta’ 45 sena li kienet negliġenti meta ħalliet pistola fil-pussess ta’ binha u li injorat sinjali ta’ twissijiet. Żewġha, James, qed jiffaċċja proċess separat fuq l-istess akkużi.

Binhom, li llum għandu 17-il sena, qed iservi għomru l-ħabs talli qatel erba’ minn sħabu tal-klassi f’Oxford High School f’Michigan fit-30 ta’ Novembru 2021. Fl-isparatura kienu ndarbu wkoll seba’ persuni oħra.

Waqt il-ġuri, Jennifer Crumbley dehret bla emozzjoni u ħarset dritta ‘l isfel hekk kif il-verdett inqara fil-qorti ta’ Oakland nhar it-Tlieta.

Il-mistoqsija fil-qalba tal-proċess kienet jekk l-omm setgħetx tipprevedi u tevita d-delitt fatali. Crumbley u żewġha xtraw l-arma li uża binhom ftit jiem biss qabel l-isparatura.

Huma ġew akkużati mill-pulizija ftit jiem wara l-qtil. Il-pulizija għamlet tfittxija għall-koppja u sabuhom f’bini industrijali f’Detroit.  Huma kien ilhom aktar minn sentejn miżmuma fil-ħabs bla ma setgħaw jingħataw l-libertà proviżorja.

Fil-bidu, il-ġenituri kellhom jiġu pproċessati flimkien iżda f’Novembru talbu proċessi separati. James Crumbley huwa skedat li jgħaddi ġuri f’Marzu.

Fil-proċess, il-prosekuturi ppreżentaw evidenza li binhom, Ethan Crumbley, kien jinħtieġ għajnuna għas-saħħa mentali u lmenta dwar alluċinazzjonijiet, iżda qalu li l-ġenituri tiegħu ma ħaduhx kura. L-omm qalet waqt ix-xhieda tagħha li ma kinitx taħħħa mentali.

Il-prosekuturi ppruvaw jagħmlu l-każ waqt il-ġuri ta’ ġimgħatejn li Jennifer Crumbley injorat it-talbiet ta’ binha għall-għajnuna minkejja li esprimiet tħassib dwaru f’messaġġi privati.

Fix-xiehda li tagħat biex tiddefendi ruħha waqt il-proċess tagħha,  Crumbley fittxet li tpoġġi t-tort fuq żewġha għall-pistola mixtrija għal binhom. Hija qalet lill-ġurati li żewġha ħa lil binhom f’ħanut tal-armi biex jixtrilu pistola bħala rigal.

Esperti legali jemmnu li l-każijiet kontra l-koppja l-Crumbley jistgħu jwasslu għal aktar akkużi kontra ġ

Stephen J Morse, professur tal-liġħabba li ż-żagħżugħ Ethan Crumbley kien wieġeb ħati, huwa kien l-uniku persuna responsabbli għall-isparatura.

Morse sostna li d-deċiżħloq preċedent ħażin, li ġġiegħħrajn jgħidu li dan il-każ

Ekonomija

Sport