Sergino Dest mistenni jibqa’ ma’ Barcelona dan is-sajf minkejja li ssemma’ b’mod qawwi li seta’ jħalli lill-ġganti Katalani matul l-aħħar xhur.
Il-player internazzjonali Amerikan kien maħsub li kien is-suġġett ta’ interess minn numru ta’ clubs f’Jannar, fejn jidher li ma kienx fil-pajnijiet ewlenin tal-coach ta’ Barcelona, Xavi.
Madankollu, jidher li Xavi kien impressjonat bil-wirjiet ta’ Dest din is-sena u issa jrid iżomm lill-Amerikan fil-Camp Nou fuq bażi fit-tul.
Dan hekk kif issa huwa mifhum li żż-żagħżugħ ta’ 21 sena, li ngħaqad mal-ġganti Katalani mingħand Ajax f’Ottubru 2020, ġie infurmat li huwa parti mill-pjanijiet tal-club għall-istaġun 2022-23.
Dest tħabtu b’numru ta’ problemi ta’ injuries dan l-istaġun iżda xorta għamel 31 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u pprovda tliet assists fil-proċess.
Id-difensur lemini sofra injury oħra fil-hamstring fit-telfa ta’ 1-0 kontra Rayo Vallecano fl-24 ta’ April, iżda, u issa mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun.