Monday, December 2, 2024

Serie A: Erba’ timijiet fl-ewwel post tal-klassifika

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Atalanta, Fiorentina u Lazio laħ­qu lil Napoli fil-quċċata tal- klassifika meta rebħu l-partita rispettiva tagħhom. 

Peró Napoli lagħbu partita inqas li kellhom jir­kupraw lbieraħ fit-tard me­ta marru jilagħbu għand Inter.  

Atalanta v Udinese – F’darhom, Atalanta ssupe­raw l-isfida ta’ Udinese bl-iskor ta’ 2-1 biex irreġistraw is-sitt rebħa konsekuttiva, bl-aħħar waħda tkun dik ta’ 3-0 għand Napoli. 

Kienu Udinese li fetħu l-iskor eżatt qabel l-ewwel taqsima minn xutt ta’ Hassane Kamara minn barra l-kaxxa. 

Iżda wara l-mistrieħ La Dea kienu ttrasformati għal kollox tant li dawru r-riżultat favur tagħhom minn first- timer ta’  Mario Pasalic (56) u auto-goal ta’ Isaak Toure (60). 

Fiorentina v Verona – Fiorentina warrbu l-isfida ta’ Verona bl-iskor ta’ 3-1, bl-eroj tagħhom ikun l-eks Juventin, Moise Kean (4, 59, 92), li skorja t-tliet goals tagħhom filwaqt li Suat Serdar (18) kiseb id-draw momentarju għall-viżitaturi. 

Min-naħa ta’ Verona, din it-telfa ħalliethom fl-in­wiet tar-relegazzjoni meta jinsabu tliet punti biss fuq iż-żona l-ħamra.

Monza v Lazio – Lazio marru għand Monza u kel­lhom jitħabtu biex għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 1-0, bl-iskor importanti  jiġi skorjat minn Mattia Zaccagni (36). 

Roma v Bologna – Roma sofrew telfa f’darhom kontra Bologna bl-iskor ta’ 3-2 biex hija ħaġa ċerta li l-coach, Ivan Juric, se jitkeċċa mill-kariga tiegħu. 

L-iskorers ta’ Bologna kienu Santiago Castro (25), Riccardo Orsolini (66) u Jesper Karlsson (77) filwaqt li Stephan El Shaarawy (63, 82) skorja ż-żewġ goals tal-Giallorossi.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport