Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter b’rebħa kbira fuq Lecce

Aqra wkoll

Ispirati mill-attakkant Ar­ġentin Lautaro Martinez, Inter marru għand Lecce u ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 4-0 biex żammew id-disa’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali, Juventus, fis-Serie A. 

Kien Martinez (15) li fetaħ l-iskor għan-Nerazzurri, bir- rebħa timmatura fit-tieni taqsima bi tliet goals oħra minn Davide Frattesi (54), l-istess Martinez (56) u Stefan de Vrij (67).

Ta’ nota huwa l-fatt li l-ewwel goal ta’ Martinez kien il-100 goal personali  fil-kampjonat Taljan minn 196 partita.

Juventus v Frosinone – Juventus kisbu rebħa drammatika meta għelbu lil Frosinone bl-iskor ta’ 3-2 li b’din it-telfa baqgħu fil-periklu tar-relegazzjoni.

Għall-Bianconeri skorja Du­san Vlahovic (3, 32) filwaqt li Walid Cheddira (14) u Marco Brescianini (27) wieġbu għal Frosinone. U meta kollox kien qed jindika li l-partita kienet se tintemm fi draw, Daniele Rugani skor­ja l-goal tar-rebħa fil-95 mi­nuta.

Cagliari v Napoli – Napoli komplew jiddiżappuntaw me­­ta marru għand Cagliari u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1.

Dan ir-riżultat xejn ma ffavorixxa lil Cagliari li baqgħu fil-post ta’ qabel l- aħħar.

Kien Victor Osimhen (66) li fetaħ l-iskor għal Napoli iżda Zito Luvumbo (93) kiseb id-draw għal Cagliari.  

Genoa v Udinese – Genoa ospitaw lil Udinese u reb­ħulhom bl-iskor ta’ 2-0 biex komplew jitbiegħu mill-pe­riklu tar-relegazzjoni.

Iż-żewġ goals tagħhom ġew skorjati fl-ewwel taqsima minn Mateo Retegui (36) u Mattia Bani (40).

Fit-48 minuta, Udinese kellhom lil Thomas Kristensen imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Ekonomija

Sport