Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter jagħtu ħamsa barra minn darhom

Aqra wkoll

Il-leaders tas-Serie A, Inter, reġgħu fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fil-quċċata tal-klassifika fuq Juventus, li lagħbu partita inqas, meta marru għand Monza u ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 5-1. 

Il-protagonista ta’ din ir-rebħa kienu Hakan Calhanoglu (12 pen, 60) u Lautaro Martinez (14, 84 pen) li skorjaw doppjetta kull wieħed li żewġ goals tagħhom kienu jinkludu penalty. 

Imbagħad Marcus Thuram (88) Marcus Thuram issiġilla r-rebħa Nerazzurra. 

L-uniku goal ta’ Monza wasal minn Matteo Pessina, fid-69 minuta.

Ekonomija

Sport