Monday, May 13, 2024

Il-President Biden jibgħat “messaġġ privat” lil Iran dwar il-Houthis

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li kien bgħat messaġġ privat lil Iran dwar il-Houthis li jmexxu lil Yemen. Dan wara li l-Istati Uniti u r-Renju Unit wettqu t-tieni sensiela ta’ attakki fuq dan il-grupp li qiegħed jikkontrolla l-baħar l-Aħmar.

Analisti tas-sistwazzjoni qalu li l-kwistjoni li hemm fil-Baħar l-Aħmar hija ferm u ferm agħar mis-sitwazzjoni li hemm f’Gaza u anke minn dik tal-Ukranja.

“Għaddejja messaġġ privat lil Iran u ninsabu kunfidenti li aħna ppreparati sew għal kull sitwazzjoni,” tenna Biden mingħajr ma daħal f’aktar dettalji.

L-Iran ċaħdu kull akkuża li huma b’xi mod huma involuti f’dak li qiegħed jiġri fil-Baħar l-Aħmar fejn il-grupp Houthis qegħdin jaħtfu diversi bastimenti kif ukoll għalqu l-aċċess għal kummċer internazzjonali.

Iżda l-Istati Uniti għandha suspetti ċari li Tehran qiegħed jagħti l-armi lil Houthis biex ikun jista’ jwettaq diversi attakki kif ukoll jipprovdi inteliġenza lill-istess grupp dwar liema bastimenti għandhom jattakkaw.

Fl-aħħar siegħat l-Istati Uniti u anke r-Renju Unit attakkaw mill-inqas 30 pożizzjoni fuq il-grupp Houthis fosthom qerdu għal kollox postijiet fejn kienu qegħdin jinżammu l-armi.

L-attakk attakk seħħ fuq radar li kien qiegħed jintuża mill-grupp Houthi biex ikun jista’ jara l-bastimenti li jkun hemm fil-Baħar l-Aħmar.

Is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliz David Cameron qal li r-Renju Unit ma kellux għażla oħra ħlief li jieħu azzjoni militari kontra l-grupp Houthis fil-Yemen u dan b’risposta għal attakki li qegħdin isiru fuq bastimenti internazzjonali fil-Baħar l-Aħmar.

Sport