Sunday, November 24, 2024

Serie A: Inter jirritornaw fil-quċċata

Aqra wkoll

Inter rritornaw fil-quċċata tas-Serie A b’rebħa faċli fuq Udinese bl-iskor ta’ 4-0.

Juventus kienu fl-ewwel post nhar il-Ġimgħa li għadda wara r-rebħa ta’ 1-0 fuq Napoli iżda n-Nerazzurri reġgħu ħadu l-kmand tal-klassifika grazzi għat-12-il rebħa minn 15-il partita.

Hakan Calhanoglu (37 pen), Federico Dimarco (40) u Marcus Thuram (44) kollha skorjaw fl-ewwel taqsima qabel ma tard Lautaro Martinez żied l-14-il goal tiegħu tal-kampjonat tal-istaġunproprju sitt minuti mit-tmiem. 

Issa huma jinsabu żewġ punti fuq Juventus u disgħa fuq Milan li sfaw megħluba minn Atalanta 3-2 biex ħadu skoss fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. 

Il-goals waslu minn Ade­mola Lookman (38, 55) u Luis Muriel (94) filwaqt Oli­vier Giroud (45) u Luka Jovic (80) wieġbu għal Milan li kellhom lil Davide Calab­ria (95) imkeċċi.  

Sport