Meta se tintlagħab it-23 ġurnata tas-Serie A, bla dubju, il-partita li kulħadd qed jistenna hija dik bejn ir-rivali eterni u d-derby tal-Italja, bejn Inter u Juventus.
Dan il-konfront huwa wieħed dirett u klassiku bejn iż-żewġ timijiet li qed jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tal-Iscudetto.
Inter v Juventus – Inter, il-leaders tal-klassifika, jospitaw lil Juventus, f’San Siro, f’dik li hija meqjusa bħala l-akbar partita tal-istaġun.
It-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, bħalissa għaddej minn forma brillanti fejn wara li rebaħ is-Super Cup Taljana, kompla juri l-konsistenza tiegħu meta fl-aħħar partita, li kienet waħda diffiċli kontra Fiorentina, ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0.
L-aqwa arma tan-Nerazzurri hija l-attakkant Arġentin, Lautaro Martinez, li qed jillidja l-lista tal-aqwa skorers b’19-il goal.
Għaldaqstant, il-Bianconeri jridu jagħrfu li jinżlu bi pjan biex iwaqqfu l-furja tiegħu. Peró t-tweġiba tagħhom għandha tkun … l-attakkant Serb, Dusan Vlahovic.
Juventus ġejjin minn draw diżappuntanti kontra Empoli fejn fallew żewġ punti importanti hekk kif jinsabu punt wara Inter iżda n-Nerazzurri jridu jirkupraw partita.
Dan se jkun il-91 konfront dirett bejn dawn iż-żewġ timijiet f’San Siro, fejn Inter rebħu 36 filwaqt li Juventus rebħu 25. U filwaqt li Inter skorjaw 135 goal, Juventus skorjaw 100.
Inter se jkollhom nieqes biss lill-eks Juventin, Juan Cuadrado, filwaqt li l-Bianconeri se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiż, Arkadiusz Milik, u l- imweġġgħin, Mattia de Sciglio, Moise Kean u Federico Chiesa.
Frosinone v Milan – Milan imorru fir-reġjun ta’ Lazio sabiex jaffrontaw lil Frosinone li jinsabu ħames punti ‘l bogħod mir-relagazzjoni.
Milan huma xxamplati fit-tielet post tal-klassifika b’vantaġġ ta’ 11-il punt mill-ħames post u għaldaqstant għandhom ċans kbir li jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League .
Ir-Rossoneri għandhomneqsin lil Ismael Bennacer, Fikayo Tomori, Tommaso Pobega, Malick Thiaw u Pierre Kalulu filwaqt li Frosinone ma jistgħux jinkludu lil Jaime Baez, Anthony Oyono, Richardo Marchizza u Sergio Kalay minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury.
Napoli v Verona – Iċ- champions Napoli jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jospitaw lil Verona li jinsabu fis-16-il post u fil-periklu li jiġu relegati.
Huwa mperattiv li l-Partenopei joħorġu bit-tliet punti minħabba li jridu jibqgħu fl-isfida għall-kwalifikazzjoni taċ-Champions League.
Napoli għandhom lil Alex Meret, Natan Souza u Mathias Oliveira minħabba li qed jirkupraw minn injury filwaqt li Verona ma jistgħux jinkludu lil Alessandro Berardi li sofra injury kerha fi spalltu.
Filwaqt li huma għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni filwaqt li Verona ma jistgħux jinkludu lil Alessandro Berardi, Alex Meret, Natan Souza u Mathias Oliveira mweġġgħin għal Napoli.