Thursday, April 18, 2024

Serie A: Inter v Milan fl-aqwa partita

Aqra wkoll

Matul dawn l-erbat ijiem tintlagħab il-21 ġurnata tal-Kampjonat Taljan hekk kif jispikka d-’Derby della Madonnina’ bejn ir-rivali eterni Inter u Milan li qed jissieltu għal post mal-ewwel erbgħa.

Peró fil-veritá, dan il- kampjonat qed jiżvolġi f’purċissjoni hekk kif Napoli ħarbu waħedhom u prattikament hija diffiċli biex jintlaħqu meta qed    igawdu vantaġġ ta’ 13-il punti għalkemm fil-football jista’ jiġri kollox.  

Inter v  Milan – Inter jilqgħu lil Milan fejn jimmiraw li jkomplu fejn ħallew tliet ġimgħat ilu meta għelbu lill-istess Rossoneri bl-iskor ta’ 3-0 fis-Super Cup Taljana biex dawn tal-aħħar jinsabu fi kriżi meta issa ilhom sitt logħ­biet mingħajr rebħa fil-kompetizzjonijiet kollha. 

Huma ġejjin minn umiljazzjoni f’darhom ta’ 5-2 kontra Sassuolo biex niżlu fil-ħames post tal-klassifika u jekk ma jagħrfux kif jirriorganizzaw jistgħu wkoll jitbiegħu miż-żona Eworpea. 

Min-naħa ta’ Inter, dawn ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fil-kampjonat biex telgħu fit-tieni post tal-klassifika. 

Milan ma jistgħux jinkludu lill-imweġġgħin  Fi­kayo Tomori, Mike Maignan, Alessandro Florenzi u Zlatan Ibrahimovic filwaqt li n-Nerazzurri għandhom lil Samir Handanovic u Marcelo Brozovic neqsin għall-istess raġuni.  

Spezia v Napoli – Napoli  jmorru jilagħbu għand Spezia u minkejja huma favoriti li jakkwistaw it-tliet punti, dan il-konfront huwa diffiċli għall-fatt li Spezia jinsabu fuq iż-żona tar-re­legazzjoni u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom u għaldaqstant iridu jirrispettaw lill-avversarji tagħ­hom. 

Barra minn hekk, il- Partenopei jimmiraw li jirbħu d-disa’ rebħa konsekut­tiva.

Huma se jkunu bl-aqwa formazzjoni bl-attakk ikun immexxi mill-iskorer proli­fiku, Victor Osimhen. 

Sassuolo v Juventus – Wara t-telfa f’darhom ta’ 2-0 kontra Monza, Juventus imorru jilagħbu għand Sassuolo li għandhom il-moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 5-2 għand Milan. 

Bil-15-il punt imnaqqas minħabba passi dixxiplinari, Juventus ma jistgħux jitilfu l-punti minħabba li jistgħu jinqabdu fit-taq­tiegħa għas-salvazzjoni. 

Huma għandhom lil Leonardo Bonucci u lil Kaio Jorge mweġġgħin. 

Verona v Lazio – Din hija partita delikata għal Lazio għax filwaqt li huma jinsabu fit-tielet post, Verona jinsabu fit-tielet post mill-aħħar u għaldaqstant huwa imperattiv li jiksbu l-punti fit-tentattiv li jkomplu jiġġieldu kontra r-relegaz­zjoni. 

Min-naħa l-oħra, rebħa għal Lazio tkompli tagħtihom is-saħħa biex ikomplu jisfidaw għall-kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Champions League.

Lazio jittamaw lil Mattia Zaccagni jkun fil-forma biex jimla l-post ta’ Ciro Immobile li qed jirkupra minn injury. 

Verona ma jistgħux jinkludu lil Ajdin Hrustic, Tho­mas Henry, Miguel Ve­loso u Marco Faraoni.

Ekonomija

Sport