Hekk kif ir-referee Marco Lo Bello keċċa tliet plejers ta’ Lazio jumejn ilu fil-logħba kontra Milan iġifieri Matteo Guendosi, Adem Marusic u Lorenzo Pellegrini, dan il-fatt kien ilu ma jiġri 12-il sena fil-kampjonat Taljan.
Fil-fatt, kien f’Novembru 2012 li fil-logħba bejn Bologna u Palermo, mirbuħa minn tal-ewwel bl-iskor ta’ 3-0, kienu tkeċċew tliet plejers tat-tim Sqalli iġifieri Samir Ujkani, Edgar Barretto u Carlos Labrin.
Lazio ipprotestaw bl-aħrax kontra r-referee Lo Bello wara dawn it-tkeċċijiet li skont il-president Claudio Lotito kienu żejda.