Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Lautaro jista’ jilħaq ir-rekord ta’ Higuain u Immobile

Aqra wkoll

Il-captain ta’ Inter, Lautaro Martinez, skorja 22 goal fi 23 logħba tas-Serie A,  f’dan l-istaġun u għandu tama realistika li jilħaq ir-rekord stabbilit minn Ciro Immobile u Gonzalo Higuain.

L-istilla Arġentin skorja doppjetta fir-rebħ ta’ 4-0 fuq Lecce biex kompla kabbar it-total ta’ goals bil-konsegwenza li jtemm l-istaġun bħala l-aqwa skorer.

Hekk kif fadal 13-il partita għat-tmiem tal-kampjonat, issa l-istess Lautaro għandu ċ-ċans li jiskora medja ta’ goal kull partita biex jilħaq ir-rekord ta’ 36 goal  stabbilit minn Higuain f’Napoli fl-istaġun 2015-16 u Immobile ma’ Lazio l-2019-20.

Ekonomija

Sport