Monday, May 13, 2024

Jitħabbru n-nominazzjonijiet għal Laureus World Sports Awards 2024

Aqra wkoll

Erling Haaland, Katarina Johnson-Thompson u Jude Bellingham huma fost in-nominati għal Laureus World Sports Awards 2024.

Manchester City jinsabu fil-kompetizzjoni għat-Team tas-Sena u l-attakkant Haaland jinsab kandidat għall-Isportiv tas-Sena.

Iċ-champion tad-dinja darbtejn tal-heptathlon, il-Bri­tannika Johnson-Thompson ġiet nominata għar-Rimonta tas-Sena.

Il-midfielder tal-Ingilterra u Real Madrid, Bellingham, u ċ-champion tad-dinja tal-1500m, il-Brittaniku, Josh Kerr, ġew magħżula għall-premju tal-b/through. 

Haaland, 23 sena, skorja 52 goal fi 53 logħba matul l-istaġun tad-debutt tiegħu hekk kif is-City lestew it-Treble billi rebħu l-Premier League, l-FA Cup u ċ-Champions League.

L-attakkant tal-Arġentina u Inter Miami, Lionel Messi, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra, reġa’ jinsab fit-taqtiegħa tal- Isportiv tas-Sena.

Johnson-Thompson ta’ 30 sena rebħet id-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja tas-sena l-oħra fl-Ungerija.

Fl-2019 hija beżgħet li l-karriera tagħha spiċċat meta qatgħet l-Achilles. Hija ttieħdet barra mill-korsa f’siġġu tar-roti fl-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020 b’muskolu tal-pexxul imċarrat.

Iskoċċiż Kerr ta’ 26 sena għeleb lill-favorit Jakob Ingebrigtsen biex is-sena l-oħra rebaħ it-titlu mondjali tal-1500m f’Budapest.

Bellingham, ta’ 20 sena, sar player ewlieni ta’ Real wara t-trasferiment ta’ €103 miljun mingħand Borussia Dortmund fis-sajf li għadda, fejn skorja 20 goal f’29 logħba dan l-istaġun.

Il-jockey Brittannika tal-BMX, Beth Shriever, ta’ 24 sena, reġgħet ġiet nominata għall-premju ta’ Sportsperson ta’ Azzjoni li rebħet fl-2022. Is-sena l-oħra żiedet it-titlu dinji mal-kuruna Olim­pika tagħha.

It-Team Europe rebbieħ tar-Ryder Cup ġie nominat għat-Team tas-Sena.

Ir-rebbieħa se jiġu ppre­mjati fit-22 ta’ April.

Ġurnalisti u xandara għażlu n-nominati u l-Laureus World Sports Academy, li fiha diversi leġġendarji sportivi, se tivvota għar-rebbieħa.

In-nominazzjonijiet huma:

SPORTIV TAS-SENA

Novak Djokovic (Serbja) – tennis

Mondo Duplantis (Svezja) – atletika

Erling Haaland (Norveġja) – football

Noah Lyles (Stati Uniti) – atletika

Lionel Messi (Arġentina) – football

Max Verstappen (Olanda) – karozzi

SPORTIVA TAS-SENA

Aitana Bonmati (Spanja) – football

Shericka Jackson (Ġamaj­ka) – atletika

Faith Kipyegon (Kenja) – atletika

Sha’Carri Richardson (Sta­ti Uniti) – atletika

Mikaela Shiffrin (Sta­ti Uniti) – skiing

Iga Swiatek (Polonja) – tennis

TEAM TAS-SENA

Team Europe tar-Ryder Cup – golf

Irġiel Ġermanja – basketball

Manchester City – football

Red Bull – Formula 1

Afrika t’Isfel – rugby

Spanja nisa – football

RIKKORS TAS-SENA

Jude Bellingham (GB) – football

Linda Caicedo (Kolombja) – football

Coco Gauff (Stati Uniti) – tennis

Qin Haiyang (Ċina) – għawm

Josh Kerr (UK) – atletika

Salma Paralluelo (Spanja) – football

RIMONTA TAS-SENA

Simone Biles (Stati Uniti) – ġinnastika

Sebastien Haller (Ivory Coast) – football

Katarina Johnson- Thompson (GB) – atletika

Siya Kolisi (Afrika t’Isfel) – rugby

Jamal Murray (Kanada) – basketball

Marketa Vondrousova (Rep. Ċeka) – tennis

SPORTIV TAS-SENA B’DI­ŻABBILTÁ

Simone Barlaam (Italja) – għawm

Danylo Chufarov (Ukrajna) – għawm

Diede de Groot (Olanda) – tennis

Luca Ekler (Ungerija) – atletika

Nicole Murray (New Zealand) – ċikliżmu

Markus Rehm (Ġermanja) – atletika

SPORTIV TA’ AZZJONI TAS- SENA

Rayssa Leal (Brażil) – skateboarding

Caroline Marks (Stati Uniti) – surfing

Kirsten Neuschafer (Afrika t’Isfel) – tbaħħir

Bethany Shriever (GB) – BMX

Filipe Toledo (Brażil) – surfing

Arisa Trew (Awstralja) – skateboarding

SPORT GĦALL-ĠID

Bola Pra Frente (Brażil) multi-sport u impjegabilità

Dancing Grounds (Stati Uniti) – żfin u integrazzjoni soċjali

Fundacion Rafa Nadal (Spanja) – tennis u edukaz­zjoni

ISF Cambodia – football u edukazzjoni

Justice Desk Africa (Afrika t’Isfel) – multi-sport u drittijiet tal-bniedem

Obiettivo Napoli (Italja) – multi-sport u  inklużjoni

Sport