Monday, September 30, 2024

Serie A: Milan f’partita delikata konta Lazio

Aqra wkoll

Meta fit-tlett ijiem li ġejjin tintlagħab is- seba’ ġurnata tal-Kampjonat Taljan, l-attenzjoni priċipali tkun mixħuta f’San Siro fejn Milan jilqgħu lil Lazio f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata.

Milan v Lazio – Milan iridu jkunu fl-aqwa forma tagħhom meta josptiaw lil Lazio li minkejja li qed ikollhom riżultati kuntrastużi xorta waħda huma meq­jusa bħala ostaklu diffiċli. 

Wara d-disfatta ta’ 5-1 kontra Inter, ir-Rossone­ri rreġistraw żewġ reb­ħiet – kontra Verona (1-0) u Cagliari (3-1) biex qed jaqsmu l-quċċata mal-istess Inter wara li dawn tal-aħħar żelqu kontra Sassuolo. 

Min-naħa ta’ Lazio, jinżlu għal dan il-konfront b’mo­ral għoli wara r-rebħa ta’ 2-0 fuq Torino iżda jridu jżommu l-konsistenza jekk iridu jtemmu l-istaġun fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. 

Filwaqt li Lazio għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni, Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin,  Rade Krunic, Luka Jovic, Mike Maignan, Mattia Caldara, Pierre Kalulu u Ismael Bennacer.

Salernitana v Inter – Inter iridu jinsew malajr kemm jista’ jkun l-aħħar ħarġa tagħhom meta f’darhom sfaw megħluba minn Sas­suolo bl-iskor ta’ 2-1 biex dawn tal-aħħar waqqfulhom is-sensiela ta’ ħames rebħiet konsekuttivi. 

Illum, Inter imorru ji­lagħ­bu għand Salernitana, li jinsabu proprju fuq iż-żona tar-relegazzjoni. 

Bla dubju, il-pressjoni se tkun kollha fuq in-Nerazzurri li m’għandhomx rekord tajjeb fi Stadio Arechi minħabba li minn erba’ logħbiet tilfu tnejn, rebħu waħda, bil-partita l-oħra tispiċċa fi draw. 

 Inter għandhom barra lil Marco Arnautovic, Stefano Sensi u Juan Cuadrado li qed jirkupraw minn injury filwaqt li  Salernitana ma jistgħux jużaw lil Charles Ikuemesi u Lassana Coulibaly għall-istess raġuni. 

Atalanta v Juventus– Juventus imorru f’Bergamo biex jaffrontaw lil Atalanta.

Il-Bianconeri rkupraw mit-telfa ta’ 4-2 kontra Sas­suolo, b’rebħa ta’ 1-0 fuq Lecce biex jinsabu biss żewġ punti taħt il-leaders, Inter u Milan. 

Madankollu huma se ji­lagħbu kontra team li jin­sab punt biss warajhom fil-ħames pożizzjoni u għal­daqstant jinżlu mmotivati li jaqbżuhom fil-klassifika. 

Aktar minn hekk, huma jridu jegħlbu t-tabú tar-rekord ħażin li għandhom f’darhom kontra Juventus meta minn 61 partita, huma rebħu tmienja biss, bil-Bian­coneri jirbħu 28. 

Dawn tal-aħħar għandhom lil Paul Pogba sospiż filwaqt li Moise Kean, Alex Sandro u Mattia de Sciglio, huma mweġġħin. 

Lecce v Napoli– Iċ-champions Napoli jippruvaw jikkonċentraw fuq il-football meta jmorru għand Lecce … hekk kif huma milquta mill-kriżi Victor Osimhen li għadu urtat għal dak li l-club għamillu fuq  Tik Tok mingħajr ma għadu ppubbli­ka apoloġija.

Sport