Friday, July 26, 2024

Veterans: Mauro Camoranesi jispira lil Luxol għal rebħa kbira

Aqra wkoll

L-eks internazzjonali Taljan u rebbieħ tat-Tazza tad-dDnja Mauro German Camoranesi kellu debutt mill-aqwa ma’ Luxol St Andrew’s hekk kif ispira lit-tim tiegħu għal rebħa kbira ta’ 6-1 kontra Żejtun Red Stars fl-ewwel ġurnata tal-VMFA Hyundai Premier League.

Camoranesi skorja gowl u pprovda diversi assists lejn sħabu b’Michael Galea u Michael Borg Olivier li skorjaw doppjetta oħra b’Luke Satariano li żied ieħor għal Luxol.

Żejtun kellhom lill-akkwist il-ġdid tagħhom Luciano Zauri li skorja l-uniku gowl tal-logħba.

Iċ-champions MFPA fetħu l-impenji tagħhom bl-aħjar mod possibbli meta għelbu lil Żurrieq Wolves 3-1.

Roderick Bajada kien l-eroj għat-tim tiegħu meta skorja doppjetta b’Mark Barbara li żied ieħor.

Żurrieq naqqsu l-marġni tal-iskor minn Clarence Thompson.

L-isfidanti għall-kampjonat Gżira United għelbu lid-debuttanti Hibernians 5-3.

Arthur Oyama u Trevor Cilia kienu awturi ta’ doppjetta kull wieħed b’Ian Zammit li wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Mauro Brincat, Renato Conceicao u Alan Tabone kienu l-awturi tal-gowls għall-Pawlisti.

Birkirkara Saint Helen’s kisbu rebħa kbira ta’ 7-2 kontra Rabat. Robert Perkins, Malcolm Bugeja u Joseph Chetcuti skorjaw doppjetta kull wieħed b’Gilbert Scerri li għaqqad l-iskor finali.

Adam Smeir u Timothy Zammit skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għar-Rabtin.

KLASSIFIKA – VMFA Hyundai Premier League

Birkirkara Saint Helen’s, Luxol, MFPA, Gżira United 3, Hibs, Żurrieq Wolves, Rabat, Żejtun Red Stars 0

Ekonomija

Sport