Friday, December 13, 2024

Serie A: Milan jegħlbu lil Inter b’goal drammatiku

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Milan waqqfu s-sensiela ta’ sitt rebħiet konsekuttivi tad-Derby Della Madonnina meta għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal tar-rebħa jasal b’mod drammatiku. 

Bil-forma li kienu għaddejjin minnha ż-żewġ timijiet, Inter kienu l-favoriti netti li jiksbu t-tliet punti.

Madankollu, ir-Rossoneri qamu għall-okkażjoni u kien jimmeritahom din ir-rebħa sempliċiment minħabba li kienu l-aħjar team. 

Kien Christian Pulisic (10) li fetaħ l-iskor. Iżda, fis-27 minuta, Inter kisbu d-draw meta Federico Dimarco bidel il-ballun ma’ Lautaro Martinez u rnexxielu jsib ix-xibka minn pożizzjoni angolata. 

Il-partita dehret li kienet se tispiċċa fi draw iżda l-Milanisti kellhom ideat oħra meta, fid-89 minuta, Matteo Gabbia, għola u kkonkluda bir-ras mill-free-kick ta’ Tijjani Reijnders.

Ekonomija

Sport